Sport Sport Ieħor

Futsal: Celino Alves Plejer tax-Xahar ta’ Jannar

Celino Alves ta’ Luxol St. Andrews huwa r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-Xahar ta’ Jannar.

Alves, li għandu 35 sena, għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-futsal lokali u internazzjonali. Hu kien jilgħab fl-ogħla kampjonat Spanjol tal-futsal sabiex eventwalment ġie Malta għaxar snin ilu fejn beda ma’ Hibernians. Hu ngħaqad ma’ Luxol St Andrews fl-2015.

Ix-xahar ta’ Jannar kien wieħed eċċezzjonali għall-plejer Brażiljan, hekk kif skorja gowls importanti sabiex xpruna lit-tim tiegħu fil-quċċata tal-Enemed Futsal Premier League.

Il-preżentazzjoni lil Celino Alves saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg.