Ilbieraħ il-Ministru tal-Ġustizzja kien mistieden jattendi laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-ħarsien tal-ġurnalisti, iżda minflok għażel li jattendi buffet breakfast.
Fil-konferenza li ttellgħat infatti ħareġ li l-Ministru tal-Ġustizzja kien mistieden għall-din il-Konferenża Nazzjonali iżda dan baqa’ ma deherx – bl-iskuża li irċieva l-istedina tard u kellu pjanijiet oħra. Il-pjan l-ieħor li kellu kienet iżda t-tombla waqt buffet breakfast.
Min-naħa tal-Oppożizzjoni, preżenti għal din il-laqgħa kien hemm id-deputat u l-kelliem għall-ġustizzja tal-PN Karol Aquilina u d-deputat tal-PN Graham Bencini.