I
Is-servizzi sigrieti tal-Ukrajna wissew li r-Russja qed tħejji għal offensiva ġdida fuq skala terribbli u li kapaċi tkun l-akbar waħda mindu daħlu l-ewwel suldati Russi fl-artijiet Ukreni waqt l-invażjoni tal-24 ta’ Frar tas-sena l-oħra.
Mistenni li din l-offensiva ssir proprju fl-anniversarju tal-invażjoni, fost ir-rapporti sigrieti li l-President Putin Vladimir Putin qed jimmobilizza man-nofs-miljun suldat biex iwassal għal żblokk deċiżiv f’din il-gwerra.
Min-naħa tiegħu, Oleksiy Danilov, is-Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà tal-Ukrajna, ma jeskludix li r-Russja kapaċi tipprova tissorprendi lill-Ukreni b’attakk kbir fit-23 ta’ Frar li ġej – lejliet l-anniversarju tal-invażjoni.
Danilov, intant, qal li l-Ukrajna tinsab lesta għal kull eventwalità u kapaċi tilqa’ għall-agħar attakki tar-Russi.
Madankollu, ir-Russja, fil-jiem li jmiss, kapaċi tuża l-qawwiet tal-ajru – fosthom il-fighter-jets – għal spinta ta’ attakki ġodda fuq it-truppi Ukreni li qed iħejju d-difiżi għall-offensiva kbira imminenti.Sallum, ir-Russja naqset milli tibbaża l-istrateġija tal-gwerra fuq il-qawwiet tal-ajru iżda dan kapaċi jinbidel peress li – skont ir-rapporti f’idejn in-NATO – ir-Russi qegħdin jitilfu medja ta’ 2,000 suldat għal kull 100 jarda li javvanzaw fl-Ukrajna.
U l-possibbiltà li l-fighter-jets tar-Russi jibdew jieħdu parti akbar fil-gwerra hi dovuta l-aktar għall-fatt li s-suldati ta’ Moska jinsabu ferm demoralizzati wara sensiela ta’ disfatti fuq il-kampijiet tal-battalja.
//= $special ?>