Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu jibbaża biss fuq l-iżvilupp sostenibbli

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-pajjiż għandu jibbaża biss fuq l-iżvilupp sostenibbli.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-iżvilupp sostenibbli, Stanley Zammit qal li l-iżvilupp sostenibbli ma jieqafx mal-ambjent biss iżda jmur lil hinn minn hekk. Dan mhux proġett iżda proċess kontinwu ta’ żvilupp sostenibbli fid-dimenzjonijiet kolha inkluż il-governanza tajba.

Hu tkellem fuq l-importanza tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitstika u qal li l-Awtorità tal-Ippjanars aret Awtorità tal-permessi. Il-Gvern Laburista kellu kull opportunità jibdelk fejn qal li mhux tajjeb iżda minflok il-gvern ħoloq numru ta’ policies miftuħa għal kull interpretazzjoni. Pajjiż modern ma jistax jieqaf jiżviluppa iżda wasal iż-żmien li l-pajjż jagħmel il-pass kuraġġjuż li jibbaża biss fuq l-iżvilupp sostenibbli.

Il-parlament għandu jirrikonixxi l-prfessjoni ta’ dawk li jippjanaw, sostna d-deputat Nazzjonalista, li ppropona li l-Awtrità tal-Ippjanar tinbena mill-ġdid. F’hiex wasal ix-xogħol tal-Urban Development Capacity Study; l-istudju dwar kemm hawn bżonn u kemm il-pajjiż jiflaħ żvilupp urban u x’tip ta’ żvilupp għandu jkun.

F’hiex waslu ir-revizjoni tal-Istrategic Plan for Environment and Development (SPED) u studji oħrajn? F’hiex waslet in-National Spatial Strategy? Dan kollu mhux biss juri nuqqas ta’ governanza tajba iżda hija forma oħra ta’ inġustizzja għal kull min huwa nvolut, għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada.

Hu qal li maż-żieda fid-densità jikbru problemi oħra fejn in-nies li qalu li jgħixu f’post iżjed mudlam żdied bi kważi 3% bejn 2010 u l-2019. Dan filwaqt li bejn l-2011 u l-2016, għax dak hemm fl-istatistika, in-nies li huma esposti għall-ħsejjes ta’ aktar minn 55 db, fuq 24 siegħa, żdied b’19.5% u l-kriminalità telgħet minn 10.4% fl-2010 għal 13.6% fl-2019.

Dwar il-kwalità tal-arja, id-deputat Nazzjonalista qal li Malta għamlet mira biex sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet Serra b’55% tal-livell li konna nniġġsu fl-1990. Jista’ l-Gvern jgħid fejn wasal skont il-mira li kellu sal-2020? Jew bil-powerstation tal-gass b’kollox, minnħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, minnħabba l-ineffiċjenza tat-trasport pubbliku u għalhekk biż-żieda fil-karozzi is-sitwazzjoni m jitbitx. Hu qal li t-tniġġiż kemm PM10 kif ukoll PM25 kien iżjed 2019 milli fl-2013.

Stanley Zammit tkellem dwar l-immaniġġjar tal-iskart u qal li l-iskart muniċipali żdied b’78 kilogramm kull persuna f’disa’ snin. Jekk hawn settur li fallejna dejjem hu l-immaniġġjar tal-iskart, sostna d-deputat Nazzjonalista. Iż-żieda sproporzjnata fil-popolazzjoni wasslet biex il-landfill tal-Għallies se tgħola b’iktar sulari. Il-gvern ma tgħallimx mill-pjaga tal-Magħatab li ngħħalqet fl-2004. Diversi miri ambjentali mhux jintlaħqu fosthom fl-iskart tal-kostruzzjoni. Irid ikun il-gvern li jagħti l-eżempju iżda dan il-gvern ħsiebu biex jikkompeti mal-privat, li mhux inċentivat biżżejjed biex jitnaqqas l-iskart jew ikun riċiklat. Jeħtieġ pjan ħolistiku li jagħti valur ikbar lill-iżvilupp, sostna d-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit.