Il-President tal-FIFA Gianni Infantino huwa mistenni li jaqla’ salarju ta’ €3.6 miljun għall-2022.
Skont ir-Rapport Annwali tal-2022 tal-FIFA, l-uffiċjal Żvizzeru se jirċievi salarju bażiku ta’ €1.9 miljun Ewro.
Gianni Infantino, ta’ 52 sena għandu jitħallas salarju gross varjabbli ta’ €1.6 miljun Ewro u allowance b’rata fissa ta’ €25,000
Madankollu, wieħed irid isemmi li s-salarju gross varjabbli mogħti fl-2022 se jitħallas fl-2023.
Meta mqabbel mal-aħħar sena tat-Tazza tad-Dinja fl-2018, is-salarju gross varjabbli ta’ Infantino żdied b’aktar minn € 1 miljun Ewro fejn wara Russja 2018, il-President tal-FIFA irċieva salarju gross ta’ €518,580.
Sadanittant, is-segretarja ġenerali tal-FIFA Fatma Samoura, hija mistennija li tieħu €1.3 miljun Ewro bħala salarju gross €607,042 bħala salarju gross varjabbli u € 24,000 bħala parti minn allowance b’rata fissa.
Il-FIFA ppubblikat ukoll is-salarji tal-membri tal-Kunsill u l-management, li se jkunu qed jieħdu total ta’ €29.8 miljun, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni.
Il-viċi-president anzjan u l-viċi-presidenti tal-Eżekuttiv tal-FIFA, inklużi l-Presidenti tal-konfederazzjoni, kull wieħed jirċievi kumpens annwali nett ta’ €281,000 u allowance kuljum ta’ €233 waqt ix-xogħol.
Ir-Rapport Annwali tal-FIFA 2022 li kien ippubblikat jindika dħul rekord ta’ €7.1 biljun Ewro matul iċ-ċiklu 2019-2022 u tbassir ta’ €10.2 biljun Ewro għall- perjodu 2023-2026.
//= $special ?>