L-awtoritajiet Awstraljani dikjaraw sparatura li seħħet f’belt remota u li ħalliet sitta mejtin bħala attakk terroristiku movitat minn ideoloġija reliġjuża. Din hi anki l-ewwel darba li ideoloġija estremista Kristjana qed tkun marbuta ma’ każ ta’ terrur fl-Awstralja,
Il-każ, li jmur lura għal Diċembru, kien jinvolvi tlett aħwa — Nathaniel, Stacey u Gareth Train – li qatlu żewġ pulizija u wieħed mill-ġirien tagħhom meta ferħu n-nar fuq proprjetà f’zona rurali ta’ Queensland.
L-aħwa wkoll spiċċaw maqtula wara konfront fit-tul mal-membri tal-Korp u l-pulizija ilha l-aħħar xhur tinvestiga jekk huma kenux involuti f’xi kumplotti partikulari kontra s-sigurtà.
.Intant, il-Pulizija fi Queensland issa konfermat li l-aħwa kienu jiffurmaw ‘grupp awtonomu’ u li huma pjanaw u wettqu attakk terroristiku fuq bażi ta’ reliġjon.
//= $special ?>