Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Organizzat l-ewwel ranking tournament

Matul din il-ġimgħa kien hemm waqfa mill-kampjonat lokali tat-table tennis sabiex sar l-ewwel ranking tournament fil-Padiljun Sportiv tal-Universita’ fl-Imsida, b’logħob minn erba’ kategoriji, dawk tas-seniors, juniors, cadets u mini-cadets.

Wara sensiela ta’ logħob, Daniel Bajada ġie l-ewwel fis-seniors b’Conrad Puli jispiċċa fit-tieni post. Fil-kategorija Juniors, Neil Incorvaja temm fl-ewwel post segwit minn Matthew Zammit.

Fil-cadets kien hemm suċċess għal Matthew Zammit b’Sebastian Farrin Thorne jiġi fit-tieni post. Finalment fil-mini-cadets Danny Scicluna spiċċat fl-ewwel post b’Julia Bonnici tispiċċa fit-tieni post.