L-għan tal-Bank huwa dak li joffri l-aqwa servizz lill-klijenti tiegħu
Bank of Valletta huwa l-Bank ewlieni fis-self għax-xiri ta’ djar f’Malta. Huwa jservi madwar 25,000 familja b’self għad-djar għal valur totali ta’ €2.7 biljun. Dan jammonta għal madwar 40% tat-total għall-pajjiż.
Il-Bank of Valletta bħalissa m’huwiex se jibdel ebda termini u kundizzjonijiet fuq self għad-djar. Il-Bank jemmen fis-saħħa u s-sostenibbiltà tas-settur tal-proprjetà residenzjali f’Malta. Turija ta’ dan huwa l-fatt li fl-aħħar xhur niedha portal diġitali għas-self għad-djar li l-għan ewlieni tiegħu huwa dak li jtejjeb is-servizz offrut lill-klijenti. Il-Bank jiffinanzja s-self tiegħu permezz ta’ bażi b’saħħitha ta’ depożiti u kapital.
Kif dejjem jagħmel, Bank of Valletta se jibqa’ isegwi mill-qrib l-andament tas-settur tal-proprjetà residenzjali f’pajjiżna, il-movimenti fir-rati ta’ imgħax u r-riżorsi tiegħu, kif ukoll bidliet li jistgħu jseħħu fir-rekwiżiti regolatorji, meta jiġi biex ifassal kundizzjonijiet fuq self għad-djar u servizzi oħra. Il-BOV dejjem se jżomm lill-klijenti tiegħu mgħarrfa skond il-ħtiġijiet minn żmien għal żmien.
//= $special ?>