Il-Ġimgħa wara nofsinhar, fis-Centenary Stadium saru magħrufa l-konfronti tal-Kwarti tal-Finali tal-F.A. Trophy li li se jkunu qed jintlagħabu bejn il-25 u s-26 ta’ Frar.
L-aktar konfront mistenni mill-aħħar tienja bla dubju li se jkun dak bejn Birkirkara u Ħamrun Spartans b’dawn iż-żewġ timijiet se jkunu qed jiltaqgħu ukoll nhar il-Ħadd li ġej fil-Kampjonat
Hibernians se jkunu qed jaffrontaw lil Marsaxlokk filwaqt li Gżira United se jibdew favoriti kontra Gudja United.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, it-tim sorpriża f’din il-fażi San Ġwann se jkunu qed ifittxu li jkomplu jissorprendu f’din il-kompetizzjoni, iżda l-avversarji xejn m’huma faċli hekk kif quddiemhom isibu lil Mosta, it-tim revelezzjoni tal-Kampjonat BOV Premier dan l-istaġun.
Kwarti tal-Fianli:
Birkirkara vs Ħamrun Spartans
Hibernians vs Marsaxlokk
Gżira United vs Gudja United
Mosta vs San Ġwann
//= $special ?>