Skont id-Deput Mexxej Laburista Chris Fearne… dawk il-ħaddiema kollha li se jkollhom iroddu l-flus lura li rċevew bħala parti mill-iskema tal-wage suppliment… se jkollhom jagħmlu hekk għax kienu huma li abbużaw mill-għajnuna li kien qed jagħti l-Gvern tiegħu. B’Fearne spiċċa jipprova jgħatti l-iżball li sar min-naħa tal-Malta Enterprise.
Ftit tal-jiem ilu ħareġet l-aħbar li l-Malta Enteprise qed tagħmel reviżjoni ta’ iktar minn 1,500 għotja ta’ flus li kienu ngħataw bħala wage suppliment. Dan ghaliex skont il-Gvern jista’ jkun li kien hemm xi abbużi meta kienu konfermati dawn l-applikazzjonijiet.
L-iżviluppi relatati mal-wage suppliment qed iwasslu biex ammont kbir ta’ kumpaniji u ħaddiema, issa, qed ikunu imġiegħla jħallsu dawn il-flus lura… meta suppost din kienet għanjnuna mgħotija mill-Gvern biex tgħinhom fl-iktar żminijiet diffiċli li kienu għaddejjin minnhom.
Izda li ma speċifikax il-Gvern huwa li l-applikazzjoni ta’ dawn il-persuni ġiet aċċettata. U mhux talli hekk… talli ngħataw il-flus li kienu tilfu minħabba l-pandemija tal-COVID.
Mistoqsi sabiex jaġġornana kemm hemm ħaddiema li se jintlaqtu minn dan l-iżball li sar… Chris Fearne, bħala Deputat Prim Ministru, ma kienx jaf kemm huwa dan in-numru.
U wara litanija sħiħa ta’ ftaħir dwar x’għamel il-Gvern tiegħu, Fearne reġa’ qalilna li din il-kontroversja kienet biss abbuz min-naħa tal-ħaddiema.
Wara numru ta’ tentattivi biex Fearne iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna…id-Deputat Prim Ministru spiċċa ammetta li hemm numru ta’ ħaddiema li intlaqtu minn dan l-iżball b’mod innoċenti … u li ‘l quddiem kien se jagħtina l-ammont ta’ persuni li ntlaqtu.
S’issa … għadu mhux ċar jekk il-ħlas lura lill-Gvern għandux isir mill-kumpaniji li applikaw għal dan il-grant jew inkella mill-ħaddiema infushom – ħlas li jrid jintradd lura fi żmien sentejn
Issa l-Malta Enterprise qed tipprova tgħatti l-izball li sar billi qed tgħid li dawk kollha li kellhom impjieg full time u impjieg ieħor part time, mhux suppost li kienu intitolat li jingħataw l-wage suppliment għall-part time tagħhom.
U bla dubju li t-tħassib ta’ dawn il-persuni qed ikompli jikber minħabba l-fatt li hemm min ma jiflaħx iħallas dawn il-flus kollha lura… flus li kien dritt tagħhom li joħduhom peress li spiċċaw b’inqas sigħat ta’ xogħol minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID. B’bosta jinsabu rrabjati għall-mod kif jeżistu dawn l-anomaliji kollha….. u dwar kif qed jiġu trattati mill-Gvern, issa li għaddiet l-elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>