Is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa f’pajjizna hija agħar minn kemm wieħed jaħseb. Dan hekk kif il-Gvern tant spiċċa f’sitwazzjoni gravi li issa qed jispiċċa jaħbi minn nies kemm verament hawn mediċini out of stock.
Jekk wieħed jidħol ftit fuq is-sit tal-Ministeru tas-Saħħa facilment jista’ jaċċessa l-lista tal-mediċini li bħalissa jinsabu out of stock – lista li tammonta għal 19-il mediċini.
Iżda, il-Ġimgħa saqsejna lill-Ministru responsabbli mis-settur tas-saħħa sabiex jaġġornana ftit kemm hawn mediċini out of stock… bit-tweġiba tiegħu tkun li bħalissa hawn 28 mediċina ourt of stock.
Bit-tweġiba tiegħu, il-Ministru, bla ma jaf, spiċċa waqqa’ l-ġebla fuq saqajh hekk kif wera b’mod ċar kif il-Gvern qed jaħbi kemm verament hemm mediċini out of stock. Bil-Ministru jgħid mod u bl-informazzjoni fuq is-sit tal-Ministeru tiegħu stess tgħid mod ieħor.
//= $special ?>