L-età medja li raġel u mara jibdew jikkonsmaw id-droga hija ta’ 16-il sena u 18-il sena rispettivament
Dan ħareġ minn rapport nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-droga f’Malta matul l-2021 fejn ġie spjegat li l-konsum tad-droga huwa aktar komuni fost l-irġiel b’żieda partikolari fil-konsum ta’ droga kannabis kif ukoll kokaina – dan minkejja li l-ogħla persentaġġ ta’ droga fost in-nisa f’pajjiżna hija l-eroina b’53%.
Dan ir-rapport wera li l-età medjana tal-użu għall-ewwel darba ta’ kannabis huwa ta’ 16-il sena, filwaqt li l-età medja għall-użu tal-ewwel darba tal-konsumm ta’ kokaina u eroina huwa ta’ 20 u 18-il sena rispettivament.
56% ta’ dawk li jagħmlu użu mill-kokaina għandhom impjieg regolari – fl-istess ilma dawk li jikkonsmaw il-kannabis hekk kif 55% minnhom għandhom impjieg regolari. Dan filwaqt li 41% ta’ dawk li jagħmlu użu mill-eroina għandhom impjieg regolari.
L-aktar droga prelevanti fil-Port tan-Nofsinhar hija l-eroina filwaqt li l-kokaina u l-kannabis hija komuni l-aktar fir-re[jun tal-Port tat-Tramuntana.
Intant, 87% tan-nisa li fittxew trattament ghal kontra d-droga irrappurtaw li jghixu mat-tfal tagħhom.