Lokali Qorti

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet f’Għawdex

Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi nżamm taħt arrest wara li l-Ġimgħa filgħodu tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech fil-Qorti t’Għawdex.

Huwa ġie akkużat b’serq, ħsara volontarja kif ukoll li kien riċediv – akkużi li r-raġel ċaħad.

Ir-raġel allegatament wettaq diversi serqiet minn residenti f’lokalitajiet Għawdxin varji fejn allegatament seraq ammonti konsiderevoli ta’ flus kontanti u ġojjellerija.

Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.