Sewwieq ta’ vettura kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-vettura fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1800hrs tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa meta għal xi raġuni huwa tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Landrover.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq l-isptar għal aktar kura.
Abbord il-vettura kien hemm ukoll passiġġier li fortunatament ma’ ġarrab ebda ġrieħi.
Filwaqt li l-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa, aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Inevitabbilment kawża tal-inċident tat-traffiku nħolqot konġestjoni tat-traffiku fid-direzzjoni lejn Għawdex – bil-pulizija tat-traffiku fil-post jidderiġu l-vetturi.
//= $special ?>