Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Christ Hipkins, qed jistenna li jinstabu aktar katavri fil-jiem li ġejjin u wara li għadda l-agħar taċ-Ċiklun ‘Gabrielle’ li laqat lill-pajjiż fil-bidu tal-ġimgħa u fejn ikkaġuna tal-anqas għaxar mejtin fost l-istraġi fid-diversi komunitajiet.
‘Il fuq minn 4,500 għad iridu jkunu kuntattjati wara li ma dehrux aktar fil-ħinijiet meta l-pajjiż intlaqat għall-ewwel darba mill-maltemp ta’ ‘Gabrielle’ u fost l-għargħar u l-valangi tal-art fl-inħawi ta’ North Island.
Ħafna bliet fi New Zealand anki spiċċw mingħajr elettriku u ilma tajjeb għax-xorb — bil-pajjiż għadu qed josserva stat ta’ emerġenza li hu biss it-tielet wieħed fuq skala nazzjonali li qatt issejjaħ fl-istorja moderna ta’ New Zealand.
//= $special ?>