Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti x-Xagħra, intlaqat minn trakk tal-għamla CF85 li kien qed Jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti n-Nadur.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.