Eks-gwardjan tas-sigurtà mal-Ambaxxata Britannika f’Berlin ( fil-Ġermanja) kien ikkundannat għal 13-il sena u xahrejn ħabs wara li nstab ħati li kien qed jispjuna għar-Russja.
David Ballantyne Smith (ritratt), ta’ 58 sena, ammetta li kien jgħaddi l-informazzjoni sigrieta lill-awtoritajiet Russi u wara li hu inqabad minn persuni li kienu qed jippużaw bħala aġenti sigrieti tar-Russja u li talbuh biex jikseb xi ‘data u dokumenti mill-aktar sensittivi’.
L-Imħallef li qara l-verdett qal li Smith, tul iż-żmien, ‘rawwmen is-sentimenti kontra r-Renju Unit u l-Punent’ u li ‘dehru evidenti’ waqt li hu kien impjegat mal-Ambaxxata .
Il-verdett kompla li Ballantyne Smith, b’għemilu, kien qiegħed il-ħajja tal-istaff tal-Ambaxxata f’periklu ċar u speċjalment wara li hu kien għadda r-ritratti ta’ diversi uffiċjali u ħaddiema diplomatiċi lill-Ambaxxata Russa f’Berlin.
Min-naħa tiegħu Ballantyne Smith wieġeb li kien qed jaħseb biss biex ‘jimbarazza lill-Ambaxxata’ u li hu kien qed ibati minn dipressjoni fiż-żmien meta għadda din l-informazzjoni lir-Russi.
//= $special ?>