Raġel ta’ 41 sena minn San Ġwann ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sena mill-Maġidtrat Gabriella Vella wara li ammetta fil-Qorti li kkaġuna fastidju fuq l-eks-sieħba tiegħu għal iktar minn darba. Huwa nstab ħati li wettaq dan ir-reat fl-4 ta’ Novembru li għadda, u fil-ġranet u xhur ta’ qabel.
Għall-finijiet ta’ piena l-Qorti qalet li ħadet in konsiderazzjoni n-natura tar-reati addebitati lill-imputat u l-fedina penali tiegħu, li hija relattivament netta, kif ukoll il-fatt li rreġistra ammissjoni fi stadju ferm bikri tal-proċeduri. Il-Qorti qalet li kienet qed toħroġ fil-konfront ta’ l-imputat Ordni ta’ Trażżin għall-fini li tipprovdi għas-sigurtà għall-vittma.
Dan l-Ordni ta’ Trażżin inħareġ għall-perijodu ta’ sena li jibdajiddekorri mid-data tas-sentenza. Il-Qorti wissietu dwar ir-responsabilità tiegħu f’każ li jikser xi waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet ta’ tali Ordni ta’ Trażżin, u cioè f’tali eventwalità li tinkiser jista’ jiġi ikkundannat għal multa ta’ €7,000 jew għal priġunerija ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew għal tali multa u priġunerija flimkien. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Audrey Micallef.