Internazzjonali

Stati Uniti: L-attur Bruce Willis qed ibati mid-dimensja

L-attur Amerikan Bruce Willis – magħruf l-aktar għas-sensiela tal-films ‘Die Hard’ – qed ibati mid-dimensja, bil-konferma tingħata minn qrabatu permezz tal-Instagram.

L-attur ta’ 67 sena għandu kundizzjoni li taffettwa lill-funzjoni tal-moħħ b’mod li tikkaġuna d-diffikultajiet serji għal persuna biex tesprimi ruħha….Kundizzjoni li  anki wasslet biex Willis jabbanduna d-dinja ta’ Hollywood wara karriera li damet għal għexieren ta’ snin.

Il-mara tal-attur, Emma Heming Willis, l-eks mara tiegħu Demi Moore u anki uliedu saħqu li l-kundizzjoni ta’ Bruce Willis kompliet tiżviluppa u taqleb għall-agħar sal-punt fejn ikkawżatlu l-bidliet fil-personalità u l-imġieba.

Willis hu wkoll famuż għall-films Pulp Fiction, The Sixth Sense, Vendetta, The Jackal u Color of Night.