Futbol Sport

UEFA Conference League: Rebħa kbira għal Fiorentina fil-Portugall

Fiorentina prattikament aċċertaw mill-kwalifikazzjoni għal rawnd ieħor meta kisbu rebħa ta’ 4-0 fil-Portugall kontra Braga.

Jovic poġġa lil Fiorentina minn fuq fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima u fil-50 minuta daqqa ta’ ħarta għal Braga li kellhom lil Tormena mkeċċi. Bi plejer iktar Fiorentina iddominaw għal kollox u żiedu tliet gowls oħra minn Jovic li b’hekk skorja doppjetta u minn doppjetta oħra ta’ Cabral.

Lazio wkoll kisbu rebħa ferm importanti fl-Olimpico kontra Cluj u dan minkejja li lagħbu l-logħba kolla bi plejer inqas. Kien biss wara kwarta logħob li Lazio kellhom lil Patric imkeċċi, iżda fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud tal-ewwel taqsima Ciro Immobile skorja gowl mill-isbaħ wara freekick mogħti minn Felip Anderson.

Riżultati

Bodo/Glimt v Poznan 0-0

Braga v Fiorentina 0-4

Qarabag v Gent 1-0

Trabzonspor v Basel 1-0

AEK Larnaca v Dnipro 1-0

Lazjo v CFR Cluj 1-0

Ludogorets v Anderlecht 1-0

Sheriff v Partizan 0-1