Napoli komplew il-mixja trijonfali fil-quċċata tas-Serie A b’rebħa oħra komda kontra Sassuolo.
Għal Napoli kienu biżżejjed żewġ gowls fl-ewwel taqsima biex aċċertaw minn rebħa oħra.
Kien Kvaratskhelia li fetaħ l- iskor wara 12-il minuta u Osimhen għalaq il-logħba bit- tieni gowl fit-33 minuta.
B’din ir-rebħa Napoli issa fetħu vantaġġ ta’ 18-il punt fuq Inter li jinsabu fit-tieni post.
Inter iżda għandhom logħba inqas, logħba li jilagħbu llejla f’San Siro kontra Udinese.
Fil-programm tal-lum iċ- champions Milan wara r-rebħiet fuq Torino u Tottenham, imorru għand Monza.
Riżultat
Sassuolo v Napoli 0-2
Illum
15:00 Sampdoria v Bologna
18:00 Monza v Milan
20:45 Inter v Udinese