Sport Sport Ieħor

Badminton: Matthew Abela jirbaħ il-kategorija Singles tal-Irġiel għat-tmien darba

Badminton Malta organizzat il-Kampjonati Nazzjonali fejn Matthew Abela rebaħ il-Kategorija Singles tal-irġiel għat-tmien darba fil-karriera filwaqt li Francesca Clark rebħet it-tielet Triple Crown wara li rebħet is-Singles ,Doubles u Mixed Doubles.

Fil-Finali tas-Singles Matthew Abela għeleb lil Sam Cassar 21-13 ; 21-15 filwaqt li Francesca Clark għelbet lil; Lauren Azzopardi 21-16 ; 21-14.

Fid-Doubles tal-irġiel Matthew Abela u Matthew Galea għelbu lil Nigel Degaetano u Isaac Ellul 22-20 ; 21-12.

Fid-Doubles tan-nisa Francesca Clark u Michaela Ellul għelbu lil Elenia Habe u Lauren Azzopardi 21-18 ; 17-21 u 21-18.

Fil-finali tal-mixed doubles il-koppja Sam Cassar u Francesca Clark għelbu lil Matthew Abela u Elenia Haber 28-30 ; 21-13 u 21-5.