MARSAXLOKK………………….1
GUDJA U………………………….1
Marsaxlokk: M. Drobnjak, T. Vella (P.P. Sammut 88′), K. Keqi (T. Fonseca 67′), C. Bonanni, P. Xuereb (D. Agius 67′), S. Ferraris, J. C. Aguilar, L. Aguirre, R. Scicluna, S. Moracci, D. Vukovic (A. Attard 80′).
Gudja: J. Pisani, A. Prates, T. Nagamatsu (S. Attard 90′), V. Plut, J. Arthur, N. Micallef (N. Tabone 72′), K. Micallef, H. Vella, M. Muchardi, N. Navarrete, F. Zuniga.
Referee: Trustin Farrugia Cann
Skorjaw: T. Nagamatsu 31′ (G), C. Bonanni 43′ (M)
BOV Plejer tal-Logħba: Karl Micallef (Gudja United)
Draw ta’ 1-1 bejn Marsaxlokk u Gudja li ma’ jbiddel xejn f’dik li hi klassifika, bir-riżultat jirrifletti dak li rajna tul id-disgħin minuta.
Gudja United marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta l-plejer tal-logħba Karl Micallef għadda ballun preċiż lejn il-Ġappuniż Tatsuro Nagamatsu li mill-viċin għeleb lil Drobnjak.
Il-goalkeeper ta’ Gudja James Pisani kien impenjat fit-43 minuta meta kellu jdawwar f’korner ix-xutt mill-bogħod ta’ Santiago Ferraris.
Mill-azzjoni tal-korner Marsaxlokk ġabu l-gowl tad-draw meta kien l-eks Birkirkara Claudio Bonanni li wara li rċieva mingħand Santiago Moracci tefa’ wara Pisani. Tmiem l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 1-1.
Il-logħob baqa’ maqsum fit-tieni taqsima u Marsaxlokk fl-attakk fis-70 minuta meta kien is-sostitut Tiago Fonseca li b’xutt fil-baxx tefa’ ftit barra.
L-istess għamel erba’ minuti wara Nicolas Navarrete għal Gudja bix-xutt tat-Taljan jgħaddi wkoll ftit barra.
L-iskor sa tmiem il-partita baqa’ ma nbidilix biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed f’partita bbilanċjata ferm.
