Internazzjonali

Id-dinja tingħaqad fiċ-ċelebrazzjoni tal-Karnival

Il-Ġimgħa filgħaxija rritornaw l-akbar ċelebrazzjonijiet tal-Karnival .. minn Rio De Janiero fil-Brazil sa Venezia .. fejn wara waqfa ta’ tliet snin minħabba l-miżuri tal-Covid-19, din is-sena il-Karnival mistenni jkun akbar minn qatt qabel.

Is-Sindku ta’ Rio de Janeiro stqarr li l-karnival jisimbolizza ċelebrazzjoni tal-ħajja u d-demokrazija u din is-sena mistenni li jitella’ l-akbar karnival li qatt rat din il-belt tul is-snin …b’varjeta ta’ kuluri, kostumi, żfin u briju..

Dan wara t-taqlib tal-Covid-19 u l-elezzjoni presidenzjali li seħħet f’Ottubru li għadda, fejn il-politiku veteran xellugi Lula da Silva irnexxilu jegħleb lil estremista Jair Bolsonaro – u reġa’ kiseb it-tmun tal-Brażil wara li hu kien mexxa diġà lill-Brażil bejn l-2003 u l-2010.

Intant f’Malta …il-ġimgħa filgħaxija ingħata bidu għal ħamest ijiem ta’ attivitajiet ufficjali tal-Karnival ta’ Malta .. fejn fost l-oħrajn ġie ċċelebrat il-Karnival spontanju tan-Nadur fil-pjazza ewlenija u t-toroq prinċipali ta’ din il-lokalita Għawdxija.