Servizz ta’ Simon Vella Gregory u Noel Zammit
Ħdax il-ġurnata wara t-terremot li ħakem it-Turkija u s-Sirja, s-silenzju fil-belt ta’ Hatay jiddomina. It-tama li jinstabu aktar nies ħajjin mietet għal kollox. Biex issa għalkemm għad hemm min ifittex fost it-terrapin beda x-xogħol ta’ tneħħija ta’ terrapin.
Fl-għelieqi u zoni miftuħa jiddominaw tined bojod mijiet jekk mhyx eluf ta’ tined li qed jospitaw lil dawk li tilfu kollox fit-terremot.
L-ammont ta’ mejtin jibqa’ tiela. Siti li kiebu jintużaw għall-agrikoltura qed jintużaw biex fihom jindifnu n-nies.
Il-ħidma ta’ SOS Malta issa bdiet u qed issir l-analiżi ta’ kif se tkun qed tgħin. NET news fis-sigħat li ġejjin se jkompli jaġġornakom mid-diversi bliet Torok b’ mod partikolari dawk mal-fruntiera Sirjana.