Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-HSBC imur lura mid-deċiżjoni li kien ħa dwar il-home loans

Il-bank HSBC biddel id-deċiżjoni li jitlob depożitu ta’ 20 fil-mija fuq self għall-propjetà. Dan ħabbru permezz ta’ dikjarazzjoni fil-Borża ta’ Malta, fejn il-bank qal li kollox se jinżamm kif kien.

Rapport fit-Times kien żvela li minn 10 fil-mija, min jissellef kien se jkollu jiddepożita 20 fil-mija. Dan kien se jfisser li koppja jew persuna li tieħu home loan mal-HSBC kien se jkollha toħroġ id-doppju tal-flus minn ġewwa.

Min-naħa tagħhom l-APS Bank, il-BOV u l-BNF Bank ikkonfermaw li se jibqgħu jitolbu 10 fil-mija depożitu.