Wara l-kollass tal-bini illi ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia f’Diċembru li għadda… omm iż-żagħżugħ qed titlob għall-inkjesta pubblika sabiex issir taf dak li ġara fl-inċident li permezz tiegħu tilef ħajtu binha.
F’kumment fuq il-media soċjali, Isabelle Bonnici insistiet li hi bħala ommu l-mewt biss tista’ twaqqafha milli tiġġieled għal ġustizzja.
Bonnici saħqet li l-inkjesta pubblika hija meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni li huma mċappsa bid-demm ta’ binha, joħorġu fil-beraħ in-nuqqasijiet li hemm fis-settur.
B’qalbha mimlija tama, Omm Jean Paul Sofia tenniet li hemm bżonn li ssir riforma fuq ir-rakkomdazzjonijiet li joħorġu mill-inkjesta nnifisha.
Fil-media, omm Jean Paul Sofia qalet li binha miet minħabba r-regħba għall-flus u l-inkjesta pubblika biss tikkoreġi sistema’ fallimentari, filwaqt li saħqet illi t-traġedja setgħet ġiet evitata li kieku kulħadd għamel xogħlu.
Dwar dan is-suġġett fil-jiem li għaddew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ukoll esprima d-diżappunt tiegħu li, bħala pajjiż, fallejna lil Jean Paul u lill-familja tiegħu.
Minn naħa tiegħu il-Kap tal-PN staqsa kemm il-darba x’għandu x’jaħbi Robert Abela b’rabta ma’ dan il-każ għaliex qed jibqa’ jinsisti li mhux se ssir inkjesta pubblika, filwaqt li insista li Inkjesta Pubblika Indipendenti hi l-anqas ħaġa li nistgħu nagħmlu bħala pajjiż jekk tassew irridu nibdew insewwu t-tiċrit fis-soċjetà.
Għaldaqstant, Bernard Grech talab lill-Prim Ministru bosta drrabi sabiex isir inkjesta pubblika kif inhu xieraq bħal ma saret f’każijiet preċedenti .. bħal fil-każ ta’ Miriam Pace…. bil-PM għadu sa issa jibqa’ ma jagħmel xejn, ikaxkar saqajh u ma’ jagħmel xejn fid-dawl ta’ dan il-każ.
//= $special ?>