Is-Sibt filgħodu ġie inawgurat ħanut ġdid tal-Lotterija Nazzjonali fil-Ħamrun. Din l-inawgurazzjoni tifforma parti minn investiment ta’ €10 miljun li l-kumpanija National Lottery plc qed tagħmel f’dawn is-sentejn li ġejjin biex issebbaħ u timmodernizza l-ħwienet tagħha madwar Malta u Għawdex.
National Lottery plc ħadet f’idejha l-operat tal-lotterija nazzjonali f’Malta f’Lulju 2022 u minn dak iż-żmien ‘l hawn bdiet bi programm ta’ investiment komprensiv biex timmodernizza u tespandi isem il-lotterija nazzjonali.
Intqal li l-pjan se jippermetti lill-kumpanija biex taqdi d-domanda qawwija għall-prodotti tagħha, u permezz ta’ dan il-kunċett ta’ investiment li sar mal-aġenti tal-lotterija jinsabu kunfidenti bl-immodernizar li qiegħed isir.
L-inawgurazzjoni ta’ dan il-ħanut, saret jiem wara li l-lotterija nazzjonali f’Malta ċċelebrat il-mitt sena minn meta l-lottu ittella’ għall-ewwel darba. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-kumpanija li ttella’ l-lottu qatt ma ħarset lura, bil-Maltin baqgħu dedikati għal dan il-logħob anke matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Ma jistax jonqos li iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-lottu baqa’ jiġbed interess min-nies li jittantaw xortihom biex jirbħu xi ħaġa.
//= $special ?>