Futbol Internazzjonali Sport

L-eks plejer ta’ Chelsea u Newcastle Christian Atsu jinstab mejjet fit-Turkija

Christian Atsu, footballer mill-Ghana ta’ 31 sena, nstab mejjet taħt it-terrapien fejn kien hemm id-dar tiegħu fil-lokalita ta’ Hatay fit-Turkija. Dan ġie kkonfermat mill-aġent ta’ Atsu, Nana Sechere, is-Sibt filgħodu fuq Twitter.

Hu nstab mejjet wara tnax-il jum min meta seħħ it-terremot, għalkemm ftit tal-jiem ilu kien hemm rapporti mhux veritieri li indikaw illi kien instab ħaj – meta dan ma kienx minnu.

Atsu kien jilgħab ma klabbs kbar bħal Everton, Chelsea u Newcastle, u minn Settembru ta’ 2022 kien qiegħed jilgħab mat-tim Tork Hatayspor, fejn filfatt skurja gowl ftit siegħat biss qabel seħħ it-terremot, l-ewwel gowl tiegħu mal-Klabb.