Sport Waterpolo

Marsaskala jirbħu b’gowl ta’ Mark Carani lejn it-tmiem

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Stewart Said

MARSASKALA…………………….. 4

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 3

(1-2), (0-0), (2-0), (1-1)

Marsaskala kisbu t-tieni rebħa minn tnejn. Għalkemm Neptunes mhumiex l-istess tim li se jilgħab fis-sajf, ir-rebħa ta’ Marsaskala ma għandiex tnaqqas mill-importanza tagħha.

Ta’ min jinnota li minn total ta’ 13-il man-up fil-logħba, ġie skorjat wieħed biss minn Neptunes lejn it-tmiem. Gowls ta’ Dean Bugeja u Alec Fenech dawru l-vantaġġ favur Neptunes wara l-gowl inizjali ta’ David Pace Lupi.

Wara li fit-tieni sessjoni ħadd ma sab ix-xibka, Marsaskala reġgħu marru minn fuq b’gowls fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni permezz ta’ penalty minn Mark Carani u l-veteran Paul Privitera. Sam Gialanze ġab id-draw fl-aħħar sessjoni sakemm Mark Carani skorja l-gowl rebbieħ minuta mit-tmiem.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera (1), R. Greco, J. Pace Mizzi, M. Agius, D. Tully, D. Pace Lupi (1), G. Sammut, J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, A. Buhagiar, E. Bilgrin

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja (1), S. Gialanze (1), G. Pace, L. Mallia, M. Zammit, M. Castillo, J. Camilleri, R. Galea, J. Bajada, A. Fenech (1), E. Mallia, M. Farrugia, A. Fava

Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari

EXILES WELBEE’S……………. 16

MARSAXLOKK BROWN’S…. 8

(2-2), (4-3), (5-1), (5-2)

Tasal l-ewwel rebħa ta’ Exiles fi Grupp A kontra t-tim żagħżugħ ta’ Marsaxlokk. Fl-ewwel żewġ sessjonijiet, Marsaxlokk kienu fil-logħba u kważi dejjem wieġbu wara gowl ta’ Exiles, bit-tim immexxi minn Dejan Ilic itemm it-tieni sessjoni 6-5 minn fuq.

Kien fit-tielet sessjoni li Exiles inqatgħu minn mal-avversarji u kkontrollaw il-logħba fl-aħħar sessjoni fejn anki kellhom iċ-ċans li jkabbru l-iskor. Marsaxlokk setgħu naqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni iżda minn sitt okkażjonijiet ta’ superjorità numerika skorjaw darba biss.

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze (5), M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (4), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina (3), N. Saliba (2), J. Bonello, A. Farrugia, M. Paris Roding

Marsaxlokk: S. Mifsud, M. Lanzon, B. Zammit (1), M. Aquilina, E. Bonnici (2), J. Valletta (1), M. Farrugia (1), J. Pawley, R. Scerri, C. Cutajar (3), J. Borg Tabone, S. Mifsud, M. Brimmer, A. Aquilina, G. Gatt

Referees: Neville Mercieca, Ronnie Spiteri

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 13

TA’ XBIEX AMIGOS……………… 6

(2-1), (4-1), (2-3), (5-1)

Għal darba oħra spazju għaż-żgħażagħ Ġiljaniżi kontra oppożizzjoni mhix tal-istess kwalità tagħhom. Il-Ġiljaniżi ħarġu rebbieħa f’logħba li qatt ma dehru li setgħu jitilfu. Protagonist ix-xellugi Russell Caruana b’sitt gowls.

San Ġiljan qatt ma kienu minn taħt, b’Ta’ Xbiex jibqgħu viċin tagħhom. Anki meta Caruana għamilhom 7-2 fil-bidu tat-tielet sessjoni, iż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex għarfu jibqgħu fil-logħba u naqqsu d-distakk għal 8-5. Kien fl-aħħar sessjoni li San Ġiljan aċċertaw mit-tliet punti b’doppjetti ta’ Caruana u Jake Bonavia flimkien mal-gowl ta’ Gabriel Bonavia.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea, G. Bonavia (3), R. Caruana (6), M. Zammit, B. Plumpton, J. Bonavia (3), J. Abela, N. Zammit, D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg, S. Cutajar (1), K. Calleja

Ta’ Xbiex: I. Schembri, M. Bonnici, M. Manara, L. Grech Carr, L. Falzon, L. Montebello Brownrigg (1), J. Saliba (4), J. Farrugia, L. Felice (1), J. Portelli, Z. Bartolo, M. Curmi

Referees: Richard Magri, Peter Balzan