Raġel ta’ 52 sena minn Mississippi ġie akkużat bi qtil, u bħalissa jinżamm taħt arrest f’ħabs lokali. S’issa, għadu mhux ċar il-motiv wara dawn l-attakki, li seħħew f’diversi postijiet fil-lokalita ta’ Arkabutla.
Is-sindku ta’ Mississippi Tate Reeves qal li r-raġel ma kellux kompliċi miegħu.
Il-każ żviluppa f’ħanut f’pompa tal-petrol fil-11am ħin lokali fejn ir-raġel qatel lil persuna li ma kienx jaf.
Wara, mar f’dar viċin fejn wettaq l-ewwel omiċidju, …u hawn qatel lil ex-mara tiegħu. Imbgħad saq viċin id-dar tiegħu fejn daħal f’residenza u qatel raġel li huwa suspettat li hu missieru tar-rispett, kif ukoll mara oħra mhux iddentifikata. Ftit wara qatel raġel f’karozza u ieħor fit-triq, li kienu ħaddiema f’post viċin.
Il-pulizija sabu lis-suspettat wara li identifikaw il-karozza tiegħu mid-deskrizzjonijiet tax-xhieda li kienu fil-post. Is-suspettat kellu fuqu senter u żewġ pistoli.
Dan il-każ huwa t-73 qtil tal-massa li seħħ fl-Amerika din is-sena.
//= $special ?>