PIETÀ HOTSPURS……………..0
ŻEBBUĠ RANGERS……………2
Pietà H: S.Moschin, S.Okoh, C.Bangura, T.Abraham, J.Ghio (A.Wismayer 74’) , T.Agius (D.Miranda 61’), A.Hovhannisyan (G.Xuereb 86’), K.Leonardi, Z.Leonardi, A.Ogungbe, T.Yamaguchi (K.Briffa 86’)
Żebbuġ R: J.Azzopardi, H.Motta, L.Almeida, Y.Tonna, A.Mizzi (G.Mifsud 90’), S.Jankovic (S.Miloskovic 64’) , C. Ngoy Lokoli, R.Sanchez (J.Sciberras 90’) , R.Vella, J.Macedo (K.Bondin 79’) , J.Gesualdi
Referee: Malcom Spiteri
Skorjaw: J.Maceda 51’, H.Motta 80’ (Ż)
Tkeċċa: G.Ogungbe 84’ (P)
BOV Plejer tal-logħba: Charles Ngoy Lokoli (Ż)
Żebbuġ Rangers kisbu rebħa kruċjali fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni kontra t-tim li jinsab fil-qiegħ tal-klassifika. Il-problemi għal Pietà Hotspurs ikomplu jikbru hekk kif issa jinsabu fl-aħħar tal-klassifika b’5 punti biss wara għoxrin logħba.
L-ewwel taqsima ma pprovdietx l-ebda gowl, bil-maġġoranza tal-azzjonijiet imorru favur Żebbuġ. Fit-8 minuta Lokoli kellhu l-ewwel ċans perikoluż hekk kif wara żball tad-difiża ta’ Pietà ma rnexxielux isib ix-xibka.
L-unika ċans ieħor denja ta’nota wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Terence Agius irnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq ras il-goalkeeper ta’ Żebbuġ Jamie Azzopardi, madankollu l-captain Randall Vella kklerja tajjeb minn fuq il-linja. Bl-azzjoni ta’ Agius ir-referee Malcom Spiteri ddeċieda li jsaffar għal ħin tal-mistrieħ u b’hekk iż-żewġ timijiet għalqu l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 0-0.
Żebbuġ ma damux biex jiksbu l-vantaġġ malli daħlu għat-tieni taqsima hekk kif fil-51 minuta kien Jeferson Macedo li għeleb għal kollox lil Moschin minn kross mil-lemin ta’ Jankovic.
Ħames minuti wara ċans tajjeb għal Pietà sabiex jikbsu d-draw meta Kian Leonardi ttanta xortih pero l-konlużjoni tiegħu taħabt mal-lasta l-wieqfa.
Żebbuġ irduppjaw fil-81 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras minn Motta Marcellino minn kross ta’ Sanches.
Ftit minuti wara Pietà spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li Ganiu Ogungbe irċieva t-tieni karta safra tiegħu.
L-iskor sa tmiem il-partita baqa 2-0 għal Żebbuġ Rangers biex b’hekk ikomplu l-missjoni tagħhom biex jevitaw ir-relegazzjoni.
//= $special ?>