Lokali

“Se nkomplu naħdmu sabiex l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu”

“Se nkomplu naħdmu sabiex l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu.” Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li saritlu fuq Net FM, fejn fost l-oħrajn tkellem fuq l-kawża li kien fetaħ id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dwar l-iskandlu tal-Vitals, fejn nhar il-Ġimgħa li ġej ser tkun qiegħda  tingħata s-sentenza.

Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem qattiegħ sabiex t-tliet sptarijiet li l-Gvern tal-Labour kien ta lill-kumpanija barranija u għadu sal-lum jimpalalha il-miljuni .. jingħataw lura lill-poplu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar tal-iżbilanċ fix-xandir Nazzjonali, fejn it-tmexxija tal-PBS qed tara kif tagħmel biex, ma’ kull okkażjoni, tagħti daqqa ta’ id lil-Labour minflok ma sservi ta’ Xandir Pubbliku…

Bernard Grech saħaq li dan huwa każ ieħor li juri biċ-ċar kif l-istutuzzjonijiet ta’ pajjizna huma maħkuma minn Robert Abela u minn nies tiegħu.

Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar l-aħħar skandlu abbinat mal-ħlasijiet tal-wage supplement, fejn aktar kmieni din il-ġimgħa numru ta’ ħaddiema ingħataw struzzjonijiet sabiex iroddu l-flus li rċevew bħala parti mill-iskema tal-wage suppliment… Bil-Gvern tal-Labour jgħodd li dawn se jkollhom jagħmlu hekk għax kienu huma li abbużaw mill-għajnuna li kien qed jagħti l-Gvern tiegħu. Saħansitra pruvaw iwaħħlu fl-Malta Enterprise għal dan l-izball oħxon, bil-PM jibqa’ ma jagħmel xejn sabiex jerfgħu r-responsabbiltà politika.

Bernard Grech tkellem ukoll fuq waħda mill-aktar istituzzjoni importanti f’pajjiżna – l-Avukat tal-istat – fejn Robert Abela innifsu u l-klikka tal-labour qegħdin jibqgħu jiddefenduha … Dan minkejja l-fallimenti tal-Avukat Ġenerali fil-prosekuzzjoni ta’ reati serji.