Futbol Sport

Serie A: Rebħiet għal Inter u Milan

(Ritratt: EPA)

Sampdoria v Bologna 1-2

Fl-ewwel partita tal-ġurnata Bologna għelbu lil Sampdoria permezz ta’ gowl minn Riccardo Orsolini fl-aħħar minuti tal-partita.

Bologna fetħu l-iskor ftit qabel in-nofsija logħob hekk kif l-ex plejer ta’ Sampdoria Roberto Soriano għeleb lil Audero b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. Bil-gowl ta’ Soriano, La Grassa daħlu għal ħin tal-mistrieħ fil-vantaġġ.

Wara ħafna azzjonijiet mitlufin, Sampdoria kisbu d-draw fit-68 minuta meta Abdelhamid Sabiri sab ix-xibka permezz ta’ penalty wara li d-difensur ta’ Sampdoria Lucumi kkometta foul fuq l-attakkant ta’ Sampdoria Gabbiadini fil-kaxxa.

Bologna skurjaw il-gowl tar-rebħa ftit mumenti qabel it-tmiem tal-partita meta t-talisman Riccardo Orsolini kkonkluda azzjoni personali tiegħu b’xutt mil-lemin li għelbet għal kollox lil Audero.

Monza v Milan 0-1

Gowl fil-31 minuta tal-midfielder avvanzat Junior Messias kien biżżejjed sabiex jagħti r-rebħa lil Milan f’partita missielta kontra wieħed mir-rivali tar-Rossoneri fir-reġjun ta’ Lombardia.

Il-gowl wasal wara li Matteo Pessina ma rnexxielux jikklerja l-periklu u l-ballun spiċċa f’saqajn Junior Messias, li mit-tarf tal-kaxxa kkonkluda tajjeb b’xutt b’saħħtu li ħabat mal-lasta ‘l wieqfa tal-lemin u daħal ġewwa.

Inter v Udinese 3-1

Inter għelbu lil Udinese f’ San Siro bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ żewġ gowls fit-tieni taqsima.

Il-Nerazzuri fetħu l-iskor wara 20 minuta logħob permezz ta’ penalty ta’ Romelu Lukaku li wasal minn foul kommess minn Walace fuq id-difensur laterali Dumfries.

Udinise rnexxielhom jiksbu d-draw ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Sandi Lovric għeleb lil Handanovic minn pass tal-midfielder avvanzat Pereyra. Bil-gowl ta’ Lovric iż-żewġ timijiet daħlu għal ħin tal-mistrieħ bl-iskor ta’ 1-1.

Inter stennew sat-73 minuta sabiex kisbu l-vantaġġ meta Henrick Mkhitaryan sab ix-xibka b’xutt angolat minn pass preċiż ta’ Calhanoglu.

Fid-89 minuta Lautaro Martinez ssiġila r-rebħa meta ġie wiċċ’imb wiċċ ma’ Silvestri u ma taħ l-ebda possibilta’ li jintervieni b’xutt preċiż u kalm fir-rokna t’isfel tal-lemin.

Għada

Atalanta v Lecce 12:30pm

Fiorentina v Empoli 3:00pm

Salernitana v Lazio 3:00pm

Spezia v Juventus 6:00pm

Roma v Hellas Verona 8:45pm

It-Tnejn

Torino v Cremonese 8:45pm