Lokali

Żfin, kostumi u karrijiet li ssawwru b’ħila kbira

Id-dilettanti tal-karnival sa fl-aħħar qegħdin jiċċelebraw mingħajr restrizzjonijiet wara sentejn imħarbtin bil-pandemija.

F’ġurnata mill-isbaħ, folol ta’ nies inġabru fil-Belt Valletta biex jaraw il-karrijiet, iż-żfin, u l-maskaruni. Dan filwaqt li jgawdu d-divertiment li twassal fit-toroq tal-kapitali.

Is-Sibt waranofsinhar Net News żar it-toroq tal-Belt fejn tkellimna ma’ diversi artisti li jieħdu ħsieb il-karrijiet tal-karnival.

Fil-Belt, ma naqsitx il-preżenza qawwija ta’ tfal u familji li f’dawn il-jiem jipparteċipaw bi sħiħ fil-festeġjamenti tal-karnival. Fil-fatt, dawn iċ-ċkejknin iddominaw it-toroq flimkien ma sħabhom, libsin kostumi ta’ l-aktar karattri li huma għal qalbhom.

Il-karnival tal-Belt ikompli tul il-jum tal-Ħadd, u jilħaq il-qofol tiegħa nhar it-Tlieta mill-5:30pm ‘il quddiem fi Pjazza San Ġorġ. Sabiex imbgħad, filgħaxija, isir il-Grand Defile bil-karrijiet fi Triq Sant Anna fil-Floriana.