Futbol Sport

Balzan jaqsmu r-raba’ post ma’ Hibernians u Mosta

(Ritratt: Josef Fitspatrick)

SIRENS ………….1

BALZAN ……… 3

Sirens: M.Grech; R.Tachikawa, S.Cipriott (Kei Sano 59’), A.Borg, J.Walker, A.Cini (c), R. Correa Duarte, P.Bento, I.Kolev, D.Jackson, S.Arab (A.Vella 59’)
Balzan: J.Debono; S.Arab, M.Grima, P.Fenech (c), (Z.Grech 85’), A.Torres, N.Zerjal, A.Satariano (B.Kaljevic 44’), N.Braunovic, M.Raso, M. de Sousa (D.Ndinga 71’), A.Andrejic (B.Mladenovic 85’)

Skorjaw: A. Torres 46′, 88′, B. Kaljevic 57′ (B), A. Borg 90+1′ (S)

Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono

Fit-Tony Bezzina Stadium Balzan komplew fil-ġlieda tagħhom għal post fl-Ewropa b’rebħa ta’ 3-1 fuq Sirens.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi skor ta’ 0-0, mal-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan fetħu l-iskor permezz ta’ Angel Torres, biex fis-57 minuta huma rdoppjaw, meta kien l-istess Torres li għadda lejn Bojan Kaljevic li ma żbaljax għal 2-0.

Fit-88 minuta l-istess żewġ plejers reġgħu kien fl-azzjoni fejn din id-darba Kaljevic żmarka lil Torres li kkonkluda fix-xibka għal 3-0.

Fid-90 minuta, corner mix-xellug ta’ Sirens isib lil Adrian Borg li mill-viċin xeħet xibka.