Lokali

Il-bejjiegħa tal-monti f’Ta Qali jinsabu fl-għama

Tlett ġimgħat. Daqshekk ilhom il-bejjiegħa tal-Monti li jarmaw ta’ Qali jaħdmu f’parkeġġ f’Ta’ Qali minflok fejn is-soltu jittella’ l-monti quddiem l-isptar tal-annimali. Dan hekk kif għadhom fl-għama dwar meta se jirritornaw għan-normal…

L-isfidi bdew lura f’Settembru meta ingħata bidu għax-xogħlijiet fit-triq fejn is-soltu jittellgħa l-monti, iżda żdiedu daqs tliet ġimgħat ilu meta mexxewlhom il-post.

Net News tkellem ma’ Edward Borg, bejjiegħ li jarma fuq il-Monti bl-għodda, kif ukoll bejjiegħ ieħor, dwar din il-kwistjoni li hemm għaddejja f’ Ta’ Qali. Hu kompla jispjega kif if il-Gvern baqa ma tax risposta lill-Kunsill ta’ Ħ’Attard minkejja li għamlu l-għalmu tagħhom biex iġibu risposta rigward dawn il-problemi.

Il-bejjiegħa tkellmu magħna dwar l-isfidi varji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom kawża ta’ nuqqas ta’ ppjanar. Dawn il-ħaddiema qegħdin ikollom problema wkoll bil-bejgħ hekk kif il-pubbliku ma jafx fejn mexa l-post fejn iseħħ il-monti kawża ta’ nuqqas ta’ sinjali. Borg spjega wkoll il-problema li għandhom bil-marki mal-art ta’ fejn ikollom l-istands hekk kif dawn mhumiex organizzati sew u konsegwenza t’hekk jinħolqu argumenti mingħajr bżonn.

Bejjiegħ ieħor li xtaq jibqa’ anonimu wkoll qalilna dwar il-problema tal-markers, w esprima r-rabja tiegħu wkoll dwar dan it-tibdil.

Dawn il-ħaddiema, kif ukoll ħafna iżjed, baqgħu ma jafux x’ħa jsir biex jerġgħu jirritornaw għan-normal, mingħajr xkiel sabiex jaqilgħu l-ħobża tagħhom.