Il-Pulizija Bulgara arrestat seba’ persuni b’konnessjoni mal-imwiet traġiċi ta’ 18-il immigrant Afgan, fosthom tfajjel, li kienu qed jippruvaw jidħlu l-Ewropa illegalment.
Il-vittmi – li mietu fgati – instabu f’kompatament sigriet fil-parti ta’ wara ta’ trakk li t-traffikanti tal-immigranti kienu ħallew abbandunat fil-limiti ta’ Sofija. Intant, l-awtoritajiet fil-Bulgarija qed ifissru l-każ bħala l-agħar drama bl-immigranti fl-istorja ta’ pajjiżhoma.
Sar magħruf ukoll li 34 immigranti oħra (inklużi ħamest itfal) li kienu fost ‘il-massa tan-nies ippakkjati fit-trakk’ ittieħdu lejn l-isptar għal trattament. Hu ippjanat li dawn, ‘il quddiem, jingħataw l-akkommodazzjoni mill-Aġenzija tal-Istat għar-Refuġjati
L-awtoritajiet Bulgaru spjegaw li t-traffikanti kienu preparaw speċi ta’ moħbiet fit-‘trakk tal-mewt’ u li dawwruhom bil-foil biex jevitaw li tfittxija bl-x-ray tindika s-sħana tan-nies iffullati ma’ xulxin fi spazju risrett għall-aħħar.
//= $special ?>