Il-militar tas-Sirja qal li mietu talanqas ħamsa waqt allegat attakk mill-qawwiet ta’ Iżrael u fejn qed jingħad li kienu sparati l-missili lejn Damasku u z-zoni fil-madwar tal-kapitali Sirjana. Ingħad ukoll li missila partikulari qatlet erba’ ċivili u suldat meta laqtet bini fin-neighbourhood ċentrali ta’ Kafr Sousa u li jinkorpora anki kumpless tas-sigurtà ewlieni.
Filwaqt li ċ-ċifra tal-vittmi tista’ tiżdied fis-sigħat li jmiss, il-kelliema għal Iżrael ma riedux jikkummentaw dwar l-allegat ‘attakk sistematiku fuq sit sensittiv għas-Sirjani’. Dan waqt li s-Syrian Observatory for Human Rights ibbażat f’Londra qal li dan kien l-aktar attakk qalil fuq Damasku għal snin u li hemm possibbiltà kbira li l-vittmi jaqbżu sew l-għoxrin.
Il-qawwiet Iżraeljani kemm-il darba jattakkaw il-miri fis-Sirja li għandhom konnessjoni mal-Iran u l-militanti tal-Hezbollah alleati mar-reġim Iżlamiku f’Tehran. Madankollu, il-Gvern Iżraeljan rari jassumi responsabbiltà għall-attakki – bil-bumbardamenti fuq iz-zoni residenzjali tas-Sirja ikunu pjuttost rari.
//= $special ?>