Lokali Qorti

Jammetti li seraq minn appartament f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel minn San Ġiljan ġie kkundannat sena u nofs priġunerija wara li quddiem il-Maġistrat Monica Vella ammetta li seraq numru ta’ oġġetti fosthom sett tat-televiżjoni, 4 handbags u għamara sabiex isostni l-vizzju tad-droga.

Il-każ jeħodna għal Ġimgħa fejn Glen Borg ta’ 47 sena ammetta li seraq u kkaġġuna ħsara f’appartament f’Ħaż-Żebbuġ.

Madanakollu l-Qorti innotat kif filwaqt li l-akkużat isofri mill-vizzju ta’ droga, huwa kkopera mal-Pulizija kif ukoll rritorna l-affarijiet misruqa.

Filwaqt li kemm id-difiża kif ukoll il-Prosekuzzjoni qablu dwar sentenza ta’ sena u nofs ħabs, il-Maġistrat Monica Vella ssuġġeriet lit-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jiġi mgħejun bil-għan li jegħleb il-vizzju ta’ droga.