Mark Galea Pace, il-fundatur tal-‘Coast is Clear’ Foundation fl-aħħar wasal fil-base camp tal-Muntanja Everest wara ġimgħa miexi qalb il-muntanja fin-Nepal. Galea Pace qal li minkejja li ħass ħafna uġigħ u li l-mixja kienet diffiċli mentalment u fiżikament, hu sejjaħ dan bħala l-aktar mument li huwa kburi bih innifsu f’ħajtu.

Dan wettqu bl-għan li jnaddaf il-pajsaġġ li jintuża mill-oħrajn li wkoll jagħżlu jitilgħu din il-muntanja. Hu rringrazzja lil kull min tah l-appoġġ għal dan, u jiddedikika dan il-mument speċjali lil mara tiegħu Ruth li tant kienet ta’ għajnuna għalih.
