HIBERNIANS……….3
SANTA LUCIA……..2
Hibernians: J. Haber, F. Apap, G. Llerena, T. Aldama, J. Grech, J. Degabriele (J. Morillas 89′), B. Kristensen, J. Vitor (Y. Muritala 66′), J. Zerafa (Z. Grech 80′), A. Agius, A. Diakite (D. Vella 66′)
Santa Lucia: M. C. Cremona, L. Soares, T. S. Rier, N. Pulis (M. A. Alba 90′), R. Bairam, L. Blie Bi Bah (J. Carbone 88′), D. Xuereb (J. Tanti 88′), J. Pisani, F. Farias (K. Nwoko 70′), Y. Terzi, R. Hehedosh
Skorjaw: Y. Terzi 27′, 54′ (Sl), J. Degabriele 2′, F. Apap 73′, O. Muritala 85′ (H)
Referee: Darryl Agius.
BOV Plejer tal-Logħba: Yevhenii Terzi (Santa Lucia)
Hibernians dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil ġirien Santa Lucia 3-2. Il-Yellows kienu 2-1 minn fuq sat-73 minuta sakemm gowls minn Ferdinando Apap u Owolabi Muritala taw tliet punti importanti lil Pawlisti.
Hibernians marru minn fuq wara biss żewġ minuti meta Jurgen Degabriele rċieva mingħand Joao de Oliveira, bl-attakkant internazzjonali Malti b’xutt bid-dawra jgħeleb lil Matthw Calleja Cremona.
Santa Lucia kisbu d-draw fis-27 minuta b’kapolavur ta’ gowl mill-Ukren Yevhenii Terzi li minn barra l-kaxxa b’xutt mill-isbaħ għeleb lil Haber.
Tmiem l-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħ fi draw ta’ 1-1.
L-iskwadra mmexxija minn Enzo Potenza kellha bidu mill-aqwa tat-tieni taqsima tant li fl-54 minuta reġgħu marru minn fuq. Għal darb’oħra kien Terzi li għeleb lil Haber biex għaqqad doppjetta personali u Santa Lucia lura fil-vantaġġ.
Fit-58 miuta Hibernians kienu sfortunati meta l-free kick dirett ta’ Jurgen Degabriele stampa mal-mimduda.
L-isfrozi tal-Pawlisti kienu premjati fit-73 minuta meta Ferdinando Apap tefa’ ġewwa wara li Calleja Creona ma ħatafx minn free kick.
Punt għal Hibernians ma kienx biżejjed biex baqgħu jinsistu li saħansitra jiksbu rebħa u hekk għamlu meta kien is-sostitut Owolabi Muritala li b’xutt fil-baxx għeleb lill-eks Calleja Cremona biex ta tliet punti lil Hibernians li issa rebħu tlieta minn tlieta taħt il-kowċ Silvio Vella.
//= $special ?>