Sport Sport Ieħor

Reġjun Ewropew tal-isport 2023 u Domenic Aquilina fi Sport Extra tal-lum

Fis-sbatax-il programm SPORT EXTRA li se jixxandar illummill-5.15 pm ‘il quddiem fuq Net Television, fl-ewwel parti intervista ma’ ANTHONY CHIRCOP – President tal-Kunsill Reġjonali Lvant fejn għas-sena 2023 dan ir-Reġjun intgħażel bħala ir-Reġjun Ewropew tal-Isport. Fl-intervista siltiet mic-Cerimonja tal-Ftuħ kif wkoll tagħrif dwar l-aspetti kollha marbuta ma’ dak kollu li r-Reġjun Lvant se jwettaq matul din is-sena.

Fit-tieni parti enfażi dwar il-fotografija tal-isport flimkien ma’ DOMENIC AQUILINA li fil-ġranet li għaddew ippreżenta l-aħħar xogħol tiegħu miġbur fi ktieb bl-isem ‘The Malta Falcon’. Fis-servizz dettalji wkoll dwar l-esibizzjoni fotografika b’rabta mal-istess publikazzjoni.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana u Michael Farrugia.