Meta mistoqsi minn Andrew Azzopardi dwar id-differenza bejn li tixtri m’għand NPO’s jew dealers, b’Azzopardi jisħaq li hu jibża jixtri mingħand dealers… Leonid McKay qallu li ma jafx x’inhu jgħid.
U saħansitra meta Azzopardi għamilha ċara li hu kontra l-leġislazzjoni tal-kannabis, McKay qallu li din kienet problema tiegħu!
Il-Kap tal-Awtorita’ tal-Kannabis Leonid McKay, li sa ftit snin ilu kien direttur tal-Caritas, kien intervistat minn Andrew Azzopardi fuq 103FM, is-Sibt filgħodu.
Andrew Azzopardi saqsa wkoll jekk il-Kap tal-Awtorita’ tal-Kannabis kienx jaf ir-raġuni għala Mariella Dimech tneħħiet mill-pożizzjoni tagħha. McKay qallu li jekk irid jistaqsi lilha.
Dwar l-issue tal-4 pjanti u kif din tista’ toħloq kategorija ġdida ta’ traffikanti ċkejknin, Leonid McKay ma kellu l-ebda soluzzjoni.
//= $special ?>