Zagħżugħa Pollakka ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet madwar ħames sulari minn gallarija. Dan l-inċident seħħ njar is-Sibt għall-ħabta ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar.
Tim mediku ta l-assistenza liż-żagħżugħa, u ttieħdet l-isptar Mater Dei bl-ambulanza għall-kura, iżda ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Mill-awtopsja li saret dalgħodu fuq il-kadavru tal-mara rriżulta li ma ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni, u li mietet kawża tal-waqa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.