Internazzjonali

‘All Quiet on the Western Front’ ikaxkar seba’ Bafta Awards

Il-film ambjentat fl-Ewwel Gwerra Dinjija ‘All Quite on the Western Front’ rebaħ l-unur tal-aqwa film waqt il-Bafta Awards li saru lbieraħ. B’kollox, dan il-film kaxkar seba’ unuri.

Dan ifisser li ‘All Quite on the Western Front’ kiser ir-rekord tal-aktar film mhux Brittanniku li tul is-snin l-aktar li rebaħ unuri fil-Baftas.

Il-film ‘The Banshees of Inisherin’ rebaħ erba’ awards fosthom dak tal-aqwa film Brittanniku, filwaqt illi ‘Elivs’ ukoll rebaħ erba’ Baftas – inkluż l-unur għall-aqwa kostumi.

Il-British Academy Film Awards huma unuri prestiġġjużi immens fid-dinja taċ-ċinema, li kull sena jingħataw f’Londra. U kull sena, ikunu preludju għal dak li wieħed jistenna mis-serata tal-Oscars.