Internazzjonali

Brażil: Tifla ta’ 7 snin fost il-fatalitajiet kaġun ta’ valangi tat-tajn f’Sao Paulo

Tal-anqas 36 persuna tilfu ħajjithom hekk kif kaġun ta’ maltemp estrem kkawża diversi valangi tat-tajn fl-istat ta’ Sao Paulo fil-Brażil.

Sfortunatament, fost il-vittmi hemm tifla ta’ 7 snin hekk kif it-tim ta’ salvataġġ għadhom qed ifittxu għan-nies li ġew rrappurtati neqsin.

Barra minn hekk, it-tbassir tat-temp qed jindika li x-xita qalila se tkompli tippersisti f’Sao Paulo.

L-istat ta’ Sao Paulo ddikjara 180 ġurnata ta’ stat ta’ emerġenza għall-6 ibliet wara li diversi esperti qalu li dan il-maltemp ma kienx mistenni.

Kaġun tal-valangi diversi toroq jinsabu magħluqin filwaqt li diversi turisti spiċċaw weħlu l-Brażil għaliex kienu hemm propju għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival.

Intant, is-sindku ta’ Sao Sebastiano qal li tal-anqas 50 residenza nqerdu għal kollox kaġun ta’ dawn il-valangi. Minn naħa tiegħu l-President tal-Brażil Lula da Silva mistenni li jżur iż-żoni affetwati matul il-jum tat-Tnejn.