Iċ-ċifri li ħarġu miċ-Ċensiment li sar f’Novembru tas-sena 2021 ikomplu jitfgħu iktar dawl fuq kif qed tevolvi s-soċjetà Maltija.. fejn bla dubju li l-influss tal-barranin qed iħalli impatt qawwi.
Fil-ġurnata li fih sar iċ-ċensiment kien hawn 480,275 persuna tgħix f’Malta filwaqt li f’Għawdex kien hemm 39,287. Mill-aħħar ċensiment li sar għaxar snin ilu, iż-żewġ gzejjer kellhom żieda ta’ 25%…. bil-popolazzjoni tiżdied fost is-sitt distretti ġeografiċi kollha, għalkemm mhux kullimkien l-istess.
L-ikbar tkabbir fil-popolazzjoni kien reġistrat fit-Tramuntana ta’ Malta b’żieda’ ta’ 30,000 resident meta kkumparat mas-sena 2011… filwaqt li n-naħat ta’ Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan rreġistraw żieda ta’ iktar minn 30%. Għall-kuntrarju, l-inqas żieda fir-residenti kienet reġistrata lejn in-nofsinhar tal-Port il-Kbir, b’żieda ta’ 8.3%.
L-iktar tliet lokalitajiet li rreġistraw żieda kienu San Pawl il-Baħar, l-Imsida, u anke ż-Żebbuġ Għawdex li jinkludi z-zona ta’ Marsalforn – żieda li kienet karattarezzita minn residenti barranin, bi tmien lokalitajiet biss irreġistraw tnaqqis f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Malta tibqa’ l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għandu popolazzjoni densa skont il-kobor ta’ art li għandna. b’1,649 persuna kull kilometru kwadru. Fit-tieni post hemm l-Olanda …li iżda hi tliet darbiet inqas densa minn Malta.
Tas-Sliema hija l-iktar lokalita li għandha popolazzjoni densa filwaqt li l-Għasri huwa l-inqas. F’Għawdex ir-Rabat u l-Fontana huma l-iktar lokalitajiet densi b’iktar minn 2,000 persuna kull kilomteru kwadru.
Għall-ewwel darba minn meta beda jsir iċ-ċensiment …f’pajjiżna għandna aktar irġiel milli nisa, dan b’riżultat ta’ tkabbir aktar mgħaġġel fost l-irġiel f’dawn l-aħħar għaxar snin meta kkumparat mal-ammont tan-nisa.
Mill-115,449 barrani li joqogħdu Malta, iktar minn 59% huma rġiel u iżgħar fl-età mea kkumparat mal-Maltin. 22.4% tal-barranin jgħixu Malta filwaqt li f’Għawdex dawn jammontaw għal 19.5%. B’terz tal-barranin jgħixu f’San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema jew l-Imsida.
Fattur interessanti hu li l-maġġoranza tal-barranin huma Taljani li jammontaw għal kważi 14,000… isegwu l-Brittaniċi b’total ta’ iktar minn 10,500 resident. Wara, jiġu l-Indjani b’total ta’ 7,764 u l-Filippini bi 15.8%. 18,752 Malti għandu ċittadinanza doppja, b’nofshom għandhom ċittadinanza Ingliża jew Amerikana.
//= $special ?>