Matul dawn l-aħħar tliet snin, Melita Limited raddet lura €40,700 lil bosta għaqdiet tal-karità f’Malta u Għawdex wara li ħadet id-deċiżjoni li tirrinunzja t-tariffa amministrattiva tagħha għal dawk li jiġbru l-flus għal għanijiet ta’ karità.
Kull meta tiġi organizzata kampanja ta’ ġbir ta’ flus li tuża s-servizz premium tal-SMS ta’Melita, il-kumpanija normalment titlob il-ħlas ta’ tariffa amministrattiva minimali ta’ 10% għal kampanji ta’ karità u bla skop ta’ qliegħ, u tariffa ta’ 50% għal kampanji bi skop ta’ qliegħ.
Id-deċiżjoni altruwista li ħadet Melita fl-2020, li tirrinunzja t-tariffa tal-10%, fisser li xejn inqas minn 93 kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-karità organizzati bejn l-2020 u l-2022 setgħu jinvestu aktar flus b’risq il-kawża tagħhom.
L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Melita Harald Roesch qal: “Din id-deċiżjoni ħadnieha għaliex Melita xtaqet tagħti sehemha u tgħin lil dawk l-għaqdiet ta’ karità, li jaqdu rwol tant importanti fil-komunità tagħna. Din id-deċiżjoni kellha riżonanza aktar qawwija meta mbagħad faqqgħet il-Covid ftit wara.”
Fl-2020, Melita raddet lura €13,000, segwiti minn €13,700 fl-2021, u €14,000 is-sena l-oħra.
Xi wħud mill-għaqdiet tal-karità għall-ewwel infixlu meta rċevew il-flus lura, iżda mbagħad ħadu ferħa kbira hekk kif skoprew li l-għemil tajjeb jittieħed u l-eżempju jkaxkar!
//= $special ?>