Iċ-champions lokali Luxol St. Andrews sabuha faċli ferm biex rebħu lil Ta’ Xbiex 7-0. B’din ir-rebħa Luxol issa jinabu fl-ewwel post disa’ punti vantaġġ fuq l-istess Ta’ Xbiex u Swieqi United.
Andy Mangion, li kien bil-faxxa tal-captain hekk kif Mark Zammit kien sospiż, skorja doppjetta personali, l-istess bħalma għamel il-Brażiljan Celino Alves. Mill-banda l-oħra, Matthew Attard, Andre Ciancio u Maicon da Silva Gaiewski żiedu aktar gowls għal Luxol.
Steven Camilleri kien il-protagonista prinċipali fil-logħba l-oħra mill-istess diviżjoni hekk kif skorja erba’ gowls u witta t-triq għar-rebħa tal-Universita’ ta’ Malta kontra Żurrieq bl-iskor ta’ 6-3.
Gia Nikvashvili skorja doppjetta sabiex għaqqad l-iskor għall-Universitarji b’Żurrieq jirrispondi permezz ta’ doppjetta ta’ David de Almeida u gowl ieħor ta’ Kurt Darmanin.
Mill-Enemed Challenger League, St George’s kisbu rebħa dominanti ta’ 8-1 kontra Fgura United fid-dwell bejn żewġ timijiet ġirien ta’ xulxin.
L-iskorer prolifiku Karl Luke Schembri kien awtur ta’ hat-trick filwaqt li Faisal Alnakoou skorja doppjetta. Jovica Milijic, Vuk Rankovic u Claudio Venuto għaqqdu l-iskor għall-Bormliżi.
Jose Angel Godar Pereira skorja l-uniku gowl għal Fgura.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL PREMIER LEAGUE
Luxol St Andrews 34, Swieqi United , Ta’ Xbiex 25, L-Universita’ ta’ Malta 21, Żurrieq Futsal 15
KLASSIFIKA – ENEMED CHALLENGER LEAGUE
St George’s 22, Marsaskala 15, Fgura United 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0
//= $special ?>